Is-sena 1990, gabet ferh kbir fostna l-Maltin. Dan ghaliex fi zmien qasir xterdet l-ahbar, li l-Papa Gwanni Pawlu II kien ser izurna. Id-dati taz-zjara tieghu fostna kienu 25, 26 u 27 ta' Mejju. Bhal bqija ta' Malta kollha, f'Bormla kien hawn ferh kbir, li kompla zdied hekk kif harget l-ahbar li kien gej gewwa Bormla, biex jaghmel laqa' lill-haddiema.
Ghalhekk bdew l-preparamenti li dahal ghalihom b'hegga kbira ic-Centru 19 ta' Novembru 1944, dak iz-zmien Ghaqda Delettanti tal-Festa. Mill-imhazen beda hiereg l-armar u bdew jintramaw max-Xghira ta' Bormla. Ghall-okkazjoni, ntramaw ukoll il-bandalori ta' l-Appostli li fil-festa jintramaw fejn Santa Tereza. L-aktar haga li spikkat kienet il-kolonna l-kbira bl-istatwa tal-Madonna, armata in-naha ta' fuq tax-Xghira.
Il-Bormlizi li mlew kull rokna minn kmieni, hargu bi hgarhom. Min fejn il-Knisja, billi l-Papa kellu jghaddi minn hemm u min ix-Xghira. Biss, haga li hadd ma stenna u li kompliet theggeg u zzied il-ferh kien il-fatt li hekk kif il-Papa wasal quddiem il-Knisja li kienet miftuha ghall-okkazzjoni, dehret tlellex fix-xemx ta' Mejju, fil-bieb maggur, l-istatwa ta' l-Immakulata. Din ittiehdet ix-Xghira u tpoggiet quddiem il-Papa.
Dan min-naha tieghu, wara d-diskors li ghamel, irrefera ghaliha u qal:-
"AND I AM GRATEFUL TO OUR LADY.
SHE WAS STILL AMONG US AND SHE BROUGHT
TO US HIS SON
JESUS CHRIST
THE WORKER OF NAZARET."
Ghal dan il-kliem, il-vara giet mghollija fuq l-idejn, bhala turija ta' apprezzament lejn il-kliem tal-Papa.
Zgur li dawn il-memorji, regghu tqanqlu fil-hsibijiet taghna, fit-2 t'April tas-sena 2005, meta dan il-Papa mahbub halla dan il-wied tad-dmugh, ghall-hajja ahjar ma Marija Immakulata.
Il-grajja tas-26 ta' Mejju 1990, tibqa minquxa f'qalb kull Bormliz li jiftakara u hija data miktuba b'ittri tad-deheb fl-istorja ta' Beltna.
